Saturday, December 14, 2024

Il-GWU tikseb rikonoxximent tas-‘civilians and administrative staff’ fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union (GWU) kisbet ir-rikonoxximent ewlieni tas-‘civilians and administrative staff’ li jaħdmu mal-Agenzija għas-Servizzi Korrettivi (CSA). Dan ir-rikonoxximent ġie mogħti wara li l-proċess ta’ verifika mad-DIER ikkonkluda li l-maġġoranza tal-ħaddiema huma membri tal-Union

Dawn il-ħaddiema jagħmlu xogħol importanti ħafna ġewwa l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-ewwel prijorità tal-Union se tkun li dawn il-ħaddiema jkunu wkoll koperti minn ftehim kollettiv. Sal-lum diversi minn dawn il-ħaddiema għandhom kuntratti individwali mal-aġenzija u ma kinux organizzati fi trejd unjin.

Il-GWU diġà għandha r-rikonoxximent tal-Uffiċjali Korrettivi ġewwa l-Aġenzija u f’Mejju 2021 ġie ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għal dawn il-ħaddiema fejn għall-ewwel darba kellhom żidiet sostanzjali fid-dħul finanzjarju tagħhom.

Ekonomija

Sport