Saturday, December 21, 2024

Il-GWU tilħaq ftehim favur il-ħaddiema fis-settur tas-Saħħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara diversi xhur ta’ diskussjonijiet bejn il-GWU u l-maniġment ġie ffirmat ftehim favur il-ħaddiema fis-settur tas-Saħħa. Il-Ftehim jinkludi reviżjoni fuq dak li kien iffirmat fl-2008. Illum il-ħaddiema kkonċernati fil-ftehim settorali kellhom l-allowance tal-kategorija A reviżjonata sabiex tkopri responsabbiltajiet oltre milli jirrikjedi l-irwol tagħhom.

Ftit tax-xhur ilu l-GWU-Taqsima Gvernijiet u Entitajiet Pubbliċi kitbet lill-Ministru tas-Saħħa dwar din l-allowance. Din l-azzjoni qagħlet diversi diżgwit minħabba diskriminazzjoni lejn diversi ħaddiema membri tal-Union li wassal għal numru ta’ direttivi. Ir-reviżjoni ta’ dan il-ftehim ifisser ħafna għal dawn il-ħaddiema minħabba li fl-aħħar ġew rikonoxxuti daqs ħaddieħor. 

Il-GWU Taqsima Gvernijiet u Entitajiet Pubbliċi tixtieq tirringrazzja lit-team, rappreżentanti tagħha u lill-membri attivi tal-għajnuna kontinwa li taw għaliex flimkien laħqu l-aħjar ftehim favur il-ħaddiema membri. 

Ekonomija

Sport