Il-General Workers’ Union kienet fost dawk li ppreżentaw id-donazzjoni tagħhom għal din il-kawża ġusta. Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja, flimkien mal-President Victor Carachi ppreżentaw is-somma ta’ €2,000 lill-MCCFF.
Fil-kummenti tiegħu, is-Sur Bugeja, filwaqt li ħeġġeġ biex aktar membri jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom, qal li wieħed ma jistax ma jċempilx għall-MCCFF. Huwa qal li kull meta ressqu membri minn tagħhom dejjem sabu l-Fondazzjoni ta’ spalla u għajnuna.
“Kulħadd jaf x’jiġifieri l-għajnuna li tagħti l-Malta Community Chest Fund Foundation u ma tara wiċċ ħadd. Aħna nafuh dan. Inħeġġeġ lil kulħadd biex iċempel,” qal is-Segretarju Ġenerali tal-GWU.