Saturday, December 21, 2024

Il-GWU tirreġistra tilwima industrijali mal-WSC

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union (GWU) qed tirreġistra tilwima industrijali mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) minħabba li l-ftehim kollettiv għall-impjegati qed jieħu wisq żmien biex jiġi ffinalizzat. Il-GWU qed tagħmel dan biex tipproteġi d-drittijiet tal-membri tagħha ġewwa WSC.

Dan wara li n-negozjati kienu bdew fit-tieni kwart tal-2019 u t-Taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi kienet talbet il-proposti finanzjarji biex in-negozjati jistgħu jkomplu. Kendrick Bondin, is-Segretarju tat-Taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi, qal li filwaqt li jirrikonoxxi l-ħidma tal-Management tal-WSC fid-diskussjoniiet, sfortunatament il-pakkett finanzjarju għadu ma ġiex preżentat mill-entitijatiet ikkonċernati fin-negozjati.  

Huwa żied jgħid li t-Taqsima tirrikonoxxi wkoll, li l-membri tagħha ġewwa l-WSC qed iwettqu diversi dmirijiet mill-aktar professjonali.  Bondin spjega li apparti minn hekk dawn l-istess membri urew id-dedikazzjoni tagħhom lejn xogħolhom fi żmien l-emerġenza nazzjonali tal-COVID-19, fejn huma baqgħu jaħdmu bla waqfien u saħansitra kien hemm uħud minnhom li marru joqgħodu ġewwa lukanda ‘il bogħod minn qrabathom biex ikunu jistgħu jibqgħu jagħtu servizz lil pajjiżna.  

Bondin tenna jgħid li dawn il-ħaddiema msemmija kienu jmorru għax-xogħol u jirritornaw lura l-lukanda biex jevitaw il-kuntatt ma’ persuni oħra.  Għaldaqstant, it-Taqsima msemmija temmen li l-membri tagħha għandhom ikunu rikonoxxuti tal-ħidma kontinwa tagħhom u għalhekk kellha tirreġistra din it-tilwima.

Ekonomija

Sport