Wednesday, August 27, 2025

Il-GWU tirreġistra tilwima industrijali mas-Servizz Pubbliku dwar il-ftehim settorjali tal-Economics Class

Aqra wkoll

It-Taqsima tal-GWU għall-Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa ħabbret li rreġistrat tilwima industrijali mas-Servizz Pubbliku b’rabta mal-ftehim settorjali li jkopri lill-membri tagħha fl-Economics Class, li l-maġġoranza tagħhom jaħdmu fil-Ministeru tal-Finanzi.

F’korrispondenza uffiċjali mal-management responsabbli, is-Segretarju tat-Taqsima Kendrick Bondin esprima t-tħassib tal-union dwar in-nuqqas ta’ rispons jew “draft proposal” min-naħa tal-management dwar it-tiġdid tal-ftehim.
Il-GWU saħqet li matul il-proċess kollu aġixxiet b’rieda tajba, inkluż billi ssottomettiet il-proposti tagħha b’mod proattiv.

Madankollu, l-assenza ta’ komunikazzjoni u progress konkreti fin-negozjati wasslet lill-union biex ma jkollhiex triq oħra ħlief li tirreġistra tilwima industrijali, li bdiet mit-Tlieta li għadda.

Minkejja dan, il-GWU tenni l-impenn tagħha għad-djalogu u tħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti biex jieħdu passi immedjati u tirriserva d-dritt li teskala permezz ta’ azzjonijiet industrijali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport