Sunday, April 21, 2024

Il-GWU tirringrazzja u ssellem lill-ħaddiema tal-Air Malta

Aqra wkoll

Il-GWU tirringrazzja u ssellem lill-ħaddiema tal-Air Malta tal-fiduċja li wrew fil-GWU matul is-snin biex tirrappreżentahom.

Eluf ta’ ħaddiema f’kull dipartiment tal-Air Malta li wrew il-fiduċja tagħhom fil-ħidma li tagħmel il-GWU. Fiduċja li ġiet reċiprokata b’diversi Ftehim Kollettivi u titjieb fil-kundizzjonijiet tax-xogħol adekwati u diċenti. Is-soliderjetà li wrew dawn il-ħaddiema ma’ ħaddiema oħrajn u l-impenn lejn il-kumpanija u l-klijenti żgur li se jibqgħu magħrufin għalihom.

Il-GWU tesprimi l-apprezzament tagħha lejn dawn il-ħaddiema dedikati li temmew il-karriera tagħhom ma’ din il-linja tal-ajru li kienet ilha topera għal dawn l-aħħar ħamsin sena. Ħaddiema li kienu parti integrali mill-vjaġġi tal-Air Malta.

Filwaqt li issa tħares ‘il quddiem biex tibda tirrappreżenta u tiddefendi lill-ħaddiema tal-linja nazzjonali ġdida Maltija, KM Malta Airlines.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport