Sunday, December 22, 2024

Il-GWU tisħaq dwar il-ħtieġa ta’ liġi ġdida għall-platform workers

Aqra wkoll

Fost il-proposti ta’ qabel il-bugdet 2023 maħsubin biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema l-Union qed tenfasizza dwar il-ħtieġa li tiġi introdotta liġi ġdida li tkopri u tipproteġi lill-ħaddiema tal-pjattaformi (platform workers). Qalet li dawn in-nies lanqas jistgħu jiġu meqjusa bħala ħaddiema għaliex mhumiex koperti bl-ebda kuntratt tax-xogħol jew leġiżlazzjoni tax-xogħol.

“Qed nipproponu li jew ikun hemm liġi ġdida jew il-liġi attwali biex dawn in-nies jingħataw status ta’ ħaddiema sabiex jibdew jibbenefikaw minn kundizzjonijiet bażiċi. Barra minn hekk jekk ikunu rikonoxxuti bħala impjegati jistgħu jiġu protetti minn kull abbuż,” żiedet tgħid il-GWU.

“Jeħtieġ ukoll li tiddaħħal liġi separata dwar ir-right to disconnect li tkopri l-aspetti kollha tal-ħin tax-xogħol u l-ħajja tal-familja,” qalet l-union. 

Ekonomija

Sport