Sunday, March 29, 2026

Il-GWU tissaħħaħ fil-qasam edukattiv b’rikonoxximent ġdid f’Queen Mary University of London, Malta Campus

Aqra wkoll

It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-General Workers’ Union (GWU) kisbet rikonoxximent uffiċjali biex tirrappreżenta lill-ħaddiema tal-Queen Mary University of London, Malta Campus.

Dan l-iżvilupp jirrifletti l-appoġġ qawwi li wrew il-maġġoranza tal-impjegati fit-taqsima servizzi professjonali li għażlu li jingħaqdu mal-GWU, u jsaħħaħ l-impenn tal-unjin biex tħares id-drittijiet u tippromwovi l-interessi tal-ħaddiema f’dan is-settur.

Ir-rikonoxximent ġie wara proċess li matulu l-maġġoranza tal-impjegati rreġistraw bħala membri tal-GWU. Wara dan, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER) wettaq verifika li kkonfermat li l-maġġoranza tal-ħaddiema huma membri tal-GWU.

B’riżultat ta’ dan, il-GWU issa għandha mandat ċar biex tibda taħdidiet mal-maniġment tal-istituzzjoni bil-għan li jiġi nnegozjat Ftehim Kollettiv li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol, isaħħaħ is-sigurtà tal-impjieg u jiżgura trattament ġust għall-ħaddiema kollha.

F’kumment li tat is-Segretarju tat-Taqsima, Riccarda Darmanin qalet li l-GWU tibqa’ impenjata li taħdem b’mod kostruttiv u responsabbli sabiex jintlaħqu riżultati li jkunu ta’ benefiċċju kemm għall-ħaddiema kif ukoll għas-sostenibbiltà fit-tul tal-istituzzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport