Monday, November 3, 2025

Il-GWU tissospendi l-azzjoni industrijali li ddikjarat mal-Healthmark Care Services b’appoġġ għall-care workers membri

Il-perseverenza u l-insistenza jagħtu r-riżultat mixtieq

Aqra wkoll

It-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa fi ħdan il-General Workers’ Union (GWU) issospendiet l-azzjoni industrijali ma’ Healthmark Care Services li kienet se tibda il-ġimgħa d-diħla b’appoġġ għall-care workers membri tal-GWU li jaħdmu fil-komunità. 

Dan wara li ġie kkonfermat li l-ħaddiema care workers fil-komunità li jaħdmu ma’ Healthmark Care Services se jibdew jingħataw iż-żieda fil-paga (inkluż allowances) stipulata fl-Avviż Legali 128 tal-2024.  Dan ukoll ser isir mal-ħaddiema care workers li jaħdmu ma’ Support Services Lltd.

Il-GWU tirringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex jaslu għal dan il-qbil u ttenni l-impenn tagħha li tiddefendi d-dinjità u l-benesseri tal-ħaddiema kollha.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport