Monday, January 26, 2026

Il-GWU tissospendi l-azzjonijiet industrijali hekk kif il-kumpanija Securital se tħallas il-pagamenti dovuti bl-arretrati lill-uffiċjali tas-sigurtà

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Forzi tad-Dixxiplina, Uffiċjali tas-Sigurtà u l-Infurzar tal-Liġi qed tissospendi l-azzjonijiet industrijali hekk kif l-uffiċjali tas-sigurtà li jaħdmu mal-kumpanija Securital, stazzjonati fl-Isptar Mater Dei u fil-kliniċi se jirċievu l-pagamenti bl-arretrati dovuti lilhom.

Il-GWU tinsab sodisfatta u tieħu l-okkażjoni biex tirringrazzja lill-uffiċjali tas-sigurta kollha nvoluti kif ukoll lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministeru tas-Saħħa, u l-amministrazzjoni tal-kumpanija Securital għall-koperazzjoni tagħhom sabiex din il-kwistjoni ġiet riżolta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport