Friday, September 26, 2025

Il-GWU tissospendi t-tilwima industrijali li ddikjarat minħabba li ma kienx qed isir biżżejjed trade testing lill-care workers

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union (GWU) tissospendi t-tilwima industrijali li ddikjarat hekk kif il-Gvern Ċentrali kkonferma li l-care workers li qed jistennew biex jagħmlu t-trade testing se jkunu għamluh kollha kemm huma sa Novembru ta’ din is-sena kif kien miftiehem.

It-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa fi ħdan il-GWU ingħatat konferma wkoll li s-salarju aġġornat se jkun rilfess fil-pagi ta’ Diċembru tas-sena 2025.

Il-GWU ngħatat rendikont tal-progress li sar, dwar kemm care workers għamlu dan it-trade testing u kemm fadal jagħmluh, b’konferma li jkunu lestewh kollha sa tmiem Novembru li ġej.

“Sadanittant tlabna konferma li l-aġġustament fil-pagi se jkun retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2025, kif kien diskuss u maqbul qabel,” qal is-Segretarju tat-Taqsima Kendrick Bondin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport