Is-Sibt waranofsinhar l-amministrazzjoni ċentrali tal-General Workers’ Union immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, il-President Victor Carachi u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri flimkien ma’ segretarji ta’ diversi taqsimiet fi ħdan il-union offrew l-iskambju tal-awguri tagħhom.
Fi żjarat li għamlu fil-Belt Valletta, huma offrew l-iskambju tal-awguri tagħhom lill-Prim Ministru Robert Abela u lil familtu.

Fi żjara separata huma offrew l-iskambju tal-awguri mal-President George Vella u s-sinjura tiegħu.

Huma għamlu l-istess mal-Arċiqof Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi.