Saturday, November 23, 2024

Il-GWU tordna azzjonijiet industrijali fis-CPSU

Aqra wkoll

Minħabba nuqqas ta’ progress u skont il-ftehim kollettiv kurrenti għall-impjegati tas-servizz pubbliku, il-General Workers Union qalet li ma kellhiex għażla oħra ħlief li tiddikjara azzjonijiet industrijali fis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) biex tissalvagwardja l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati tagħha, liema azzjonijiet se jidħlu fis-seħħ mil-lum, l-4 ta’ Lulju 2020.

Il-membri tal-GWU fi ħdan is-CPSU li jaħdmu fis-sezzjoni tas-sigurtà ngħataw direttivi biex ma jirreġistrawx pjanċi tal-karozzi u ma jwiġbux t-telefonati. 

Dawk il-membri li jaħdmu fid-Dipartiment tal-HR ngħataw direttivi biex ma jirreġistrawx shifts u skedi tal-impjegati li jinkludu l-ħlasijet tal-allowances u lanqas jikkorrispondu bl-imejl fost oħrajn.

Intant, dawk il-membri li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Accounts ngħataw direttivi biex fost oħrajn ma joħorġux ‘local purchase orders’ għal oġġetti kif ordnati mill-uffiċjal għall-akkwist (procurement officer) u ma jagħmlux xogħol ta’ filing jew sorting.

It-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-GWU temmet tgħid li hija miftuħa għal kull diskussjoni u tirriserva d-dritt li jekk ikun meħtieġ iżżid l-azzjonijiet. 

Sport