Monday, December 9, 2024

Il-GWU tordna azzjonijiet industrijali fl-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati

Aqra wkoll

“Wara aktar minn sena nitolbu rikonoxximent tal-gradi tal-ħaddiema fl-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati, fejn il-maġġoranza assoluta tagħhom huma msieħba fil-General Workers’ Union, dan il-proċess s’issa qed jiġi miċħud,” qal id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU Kevin Camilleri.

Huwa spjega li l-GWU kienet għamlet l-ewwwel talba formali lill-Aġenzija fit-23 ta’ Ottubru tal-2023. Wara bosta tentattivi u korrispondenzi biex tinstab soluzzjoni fl-10 ta’ Mejju 2024 kellha ssir talba oħra li wasslet biex fil-31 ta’ Mejju saret laqgħa ta’ konċiljazzjoni. Laqgħa li ma kien hemm l-ebda qbil matulha u għalhekk fit-13 ta’ Ġunju 2024 inħareġ l-ewwel avviż ta’ azzjonijiet industrijali bl-Aġenzija titlob parir lit-Tribunal Industrijali fejn skatta l-proċess biex jibda jsir is-smiegħ. 

Fl-20 ta’ Settembru 2024 intbagħtet imejl oħra mill-GWU li fiha rriaffermat li qed tiċċaħħad mid-dritt fundamentali li l-membru għandu permezz tal-assoċjazzjoni fl-unjin tal-għażla tiegħu. Fit-30 ta’ Settembru 2024 ingħataw parir mit-Tribunal, liema parir ma solva xejn u għalhekk il-każ reġa’ ntbagħat quddiem it-Tribunal għad-deċiżjoni.

“Saru bosta tentattivi oħra biex tinstab soluzzjoni, saħansitra l-ġimgħa li għaddiet il-GWU bagħtet żewġ emails oħra lill-Aġenzija, mingħajr ma wasalna għall-ebda qbil. Il-GWU hawnhekk kienet se tibda l-azzjonijiet industrijali, iżda għal darba oħra t-talba ġiet miżmuma. Għalhekk mill-lum ġew ordnati l-azzjonijiet, wara laqgħa li għamilna mal-ħaddiema, li approvaw dawn l-azzjonijiet industrijali,” saħaq id-Deputat Segretarju tal-GWU.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport