Saturday, December 28, 2024

Il-GWU trid soluzzjoni għall-kjuwijiet fix-xemx

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Għaqda Pensjonanti tal-General Workers’ Union qed titlob azzjoni immedjata sabiex il-pubbliku inġenerali, l-aktar l-anzjani u dawk vulnerabbli, ma jibqgħux ibagħtu fil-kjuwijiet speċjalment fil-polikliniċi, fergħat tal-posta u dawk tal-banek f’dawn il-ġranet ta’ temperaturi għoljin.

Hija irrimarkat li hemm diversi miżuri li għandhom jittieħdu immedjatament mill-awtoritajiet biex titnaqqas din it-tbatija fosthom ftuħ tal-fergħat aktar kmieni jew aktar tard, użu tal-kunsilli lokali u li l-appuntamenti jsiru f’ħin speċifiku biex l-anzjani ma jdumux jistennew biex jinqdew.

L-Għaqda Pensjonanti tal-GWU qed titlob ukoll li ssir kampanja ta’ edukazzjoni biex aktar anzjani jitgħallmu jużaw il-faċilitajiet bankarji permezz ta’ mezzi elettroniċi u qed tħeġġeġ lill-Gvern biex għal dawn il-persuni jtawwal iż-żmien meta l-vowċers jistgħu jissarrfu.

“Dawn huma diversi inizjattivi li l-Għaqda Pensjonanti tal-GWU qed tappella lill-awtoritajiet li għandhom jibdew jiġu segwiti b’mod urġenti biex titnaqqas it-tbatija għal dawn in-nies”, żiedet tgħid il-fergħa tal-GWU li tirrappreżenta l-pensjonanti.

Ekonomija

Sport