Aktar kmieni llum is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) Josef Bugeja, flimkien mad-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri fakkar 62 sena minn meta kien sar strajk ġenerali ordnat mill-General Workers Union u bdew l-irvellijiet li wasslu għal stat ta’ emerġenza ddikjarat mill-ħakkiem Ingliż.








Il-Partit Laburista wkoll fakkar dan il-jum storiku, bil-Prim Ministru Robert Abela jpoġġi kuruna tal-fjuri fuq l-istess mafkar.
Din il-ġrajja storika timmarka l-mixja ta’ pajjiż li kien għadu maħkum mill-madmad tal-barrani, iżda ulied dan il-pajjiż iġġieldu għas-sovranità li llum għandna b’sisien tant sodi.
Għal din iċ-ċerimonja, kien hemm preżenti l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela fejn poġġa bukkett fjuri f’riġlejn il-mafkar fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid.
Ritratti: ALAN SALIBA