L-amministrazzjoni ċentrali tal-General Workers’ Union (GWU) flimkien ma’ Segretarji u Assistenti Segretarji ta’ diversi Taqsimiet tal-GWU u uffiċjali oħra tal-union, żaru l-esperjenza immersiva li turi l-Viżjoni Malta 2050. Din l-inizjattiva tipprovdi ħarsa lejn l-iżvilupp futur tal-pajjiż, b’enfasi fuq l-innovazzjoni, is-sostenibbiltà u kwalità ta’ ħajja aħjar.
Il-GWU tenfasizza li, bħala msieħba soċjali, tibqa’ impenjata li tipparteċipa b’mod attiv fid-diskussjonijiet dwar il-futur, sabiex il-ħaddiema jibqgħu fil-qalba tal-iżvilupp fit-tul ta’ Malta.

