Sunday, December 22, 2024

Il-Ħadd li ġej tittella’ Festa Ċitru 2024

Aqra wkoll

Festa Ċitru se ssir nhar il-Ħadd li ġej, 14 ta’ Jannar, f’The President’s Kitchen Garden f’Ħ’Attard mill-10am ’il quddiem. Kif inhi t-tradizzjoni, matul l-avveniment se jinbiegħu larinġ u lumi maqtugħa mill-ġonna tal-Palazz tal-President, u prodotti magħmulin mil-larinġ.

Dalgħodu, il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella nedew uffiċjalment il-ħmistax-il edizzjoni ta’ Festa Ċitru waqt attività mal-istudenti tal-iskola primarja ta’ Ħ’Attard u tal-iskola primarja tar-Rabat Għawdex fil-masġar taċ-ċitru tal-Palazz ta’ Sant’Anton, li fih mas-sitt mitt siġra taċ-ċitru, il-maġġoranza tagħhom larinġ.

It-tħejjijiet għal Festa Ċitru għaddejjin ukoll fil-Kċina tal-Palazz ta’ Sant’Anton fejn qed jinħmew għadd ta’ kejkijiet u ħelu ieħor magħmul mil-larinġ biex jinbiegħu waqt din l-attività li l-qligħ minnha se jmur kollu għal The Malta Community Chest Fund.

Din is-sena se jkun qed jinbiegħ ukoll żejt taż-żebbuġa magħsur miż-żebbuġ li jinqata’ mis-siġar taż-żebbuġ li hemm f’The President’s Kitchen Garden. 

F’kelmtejn lill-istudenti li b’entużjażmu taw daqqa t’id fil-qtugħ tal-larinġ, il-President George Vella ħeġġiġhom biex japprezzaw xogħol il-ġardinara li matul is-sena jieħdu ħsieb is-siġar taċ-ċitru u li f’dawn il-jiem qed jaqtgħu l-larinġ għal Festa Ċitru. Il-President fakkar ukoll lill-istudenti li Festa Ċitru hija attività oħra li ssir matul is-sena biex jinġabru l-fondi għal The Malta Community Chest Fund li huma tant meħtieġa biex fost oħrajn jinxtraw il-mediċini u tkun tista’ tkompli tingħata l-għajnuna lil kull min jiġi bżonn l-għajnuna.

Ekonomija

Sport