Wednesday, December 25, 2024

Il-Ħadd se ssir l-attivitá Autocross u l-Mini-Car Demolition

Aqra wkoll

Għada il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2023 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ser tkun qed torganizza it-tmien attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2022/23 sponserjat mid-ditta Pasta Poiatti, il-program jibda 10am fejn fl-aħħar għal 3:30pm jintlaħaq il-qofol bl-edizzjoni tal-Mini Car Demolition 2023, għal din l-edizzjoni hemm reġstrati 24 Karozza fejn l-ebda karozza ma tista taqbez l-ebda metri.

Intant matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew ogranizzati erba attivitajiet il-Ħadd 30 t’April 2023 fil-Barriera tas-Sgħajtar in-Naxxar it-telaw zewġ attivitajiet mill-Kampjonat Nazzjonali 4×4 u Enduro Fun Race filwaqt li Tnejn 1 ta’ Mejju 2023 ġiet organizzata is-sitt attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Motocross u fil-Barriera in-Naxxar ġiet organizzata is-sitt mill-Kampjonat Nazzjonali Trials.

Rizultat mill-4×4 rajna lil Kenneth Borg flimkien mal-ko sewwieq tiegħu Kenneth Micallef iddominaw u rebħu il-klassi Ultra segwiet min Alan Zahra flimkien mal-ko sewwieq tiegħu Brandon Cassar u Clifton Cauchi flimkien mal-ko sewwieq tiegħu Byran Cauchi. Fil-Klassi Legend rajna lil Joseph Gatt flimkien mal-ko sewwieq tiegħu Mark Gauci jirbaħ din il-klassi segwiet min Bradley Aquilina flimkien mal-ko sewwieq tiegħu Wayne Grixti. Il-Klassi UTV rebaħa Wayne Zahra flimkien mal-ko sewwieq tiegħu Burton Said.

Rizultat mill-attivita Enduro Fun Race rajna lil Joseph Scicluna fuq mutur KTM jiddomina il-ġurnata fi Klass A kif ukoll jirbaħ l-avveniment Overall, Scicluna kien segwiet min Antonie Muscat fuq mutur KTM u Krist Falzon fuq Husqvarna. Fi Klass B rajna lil Julian Scicluna fuq KTM jirbaħ din il-klassi segwiet min Victor Bajada fuq mutur Beta filwaqt li fit-tielet post daħal Andrew Cassar fuq mutur KTM.

Rizultati mill-Attivita Trials rajna lil Damon Bonello fuq mutur TRRS jirbaħ il-Klassi A segwiet min Rowen Bonello fuq mutur Beta. Fi Klassi B  rajna lil Julian Scicluna fuq mutur Oset jirbaħdin il-klassi segwiet min Carl Sammut fur Oset.

Mill-Klassi Juniors A rajna lil Emma Said fuq mutur Oset tirbaħ il-Klassi segwiet min Kian Busutill u Mattheo Scicluna li daħlu it-tieni u it-tielet post rispettivament dawn ir-Riders kienu qed jikkompetu fuq muturi Oset. Mill-Klassi Junior B rajna Krista Scicluna tirbaħ il-klassi segwiet min Sheylie Calleja it-tnejn fuq muturi TRRS.

Rizultati mill-Motocross fejn Klassi A kienet iddominat min Bernard Sammut fuq mutur KTMsegwiet min Kyle Camilleri u Biuren Grima it-tnejn fuq muturi KTM, il-Klassi B kienet iddominata min Daniel Ingwanze fuq mutur Honda segwiet min Sheldon Camilleri Conti fuq Yamaha u Izom Borg fuq Kawasaki. Fil-Klassi Veterans rajna lil Brian Borg fuq Kawasaki jirbaħ din il-klassi segwiet min Paul Deguara fuq Honda u Arthur Micallef fuq Honda. Il-Klassi Juniors rebaħa Ike Zarb fuq Honda segwiet min Shaizen Mercieca fuq Yamaha.

Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoniwww.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl-isem Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email:- [email protected].

Ekonomija

Sport