Il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija isterika għax inqabad li se jżarma l-cash rebate li tant ħalliet ġid fl-industrija tal-films.
Minflok ikompli bil-politika parrokjali u negattiva tiegħu, jista’ l-Partit Nazzjonalista jispjega kif se taħdem is-sistema tal-capped rebate li se jdaħħal flok il-cash rebate, u ta’ kemm se jkun il-capping?
Mistoqsija sempliċi.
Il-ħaddiema, l-investituri u l-eluf ta’ familji li ħobżhom jiddependi minn dan is-settur iridu jisimgħu tweġiba sempliċi mill-Partit Nazzjonalista.
Dawn il-ħaddiema ma jafux fejn qegħdin mal-Partit Nazzjonalista, mentri Partit Laburista fil-Gvern qed jinvesti f’din l-industrija biex ikompli joħloq impjiegi u ġid għan-nies.