Saturday, November 16, 2024

Il-ħaddiema Franċiżi b’theddida ġdida … din id-darba lejn il-festival tal-films f’Cannes u l-Gran Prix ta’ Monaco

Aqra wkoll

It-tensjoni fi Franza b’rabta mar-riformi li l-Gvern Franċiż qed jimbotta għall-età tal-pensjoni, liema età se titla’ minn 62 għal 64 sena, qed twassal għal theddida ġdida. Din hi dik li jinqata’ s-servizz tal-elettriku għall-festival dinji taċ-ċinema li jsir f’Cannes.

Din it-theddida saret minn ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tal-enerġija. Kienet il-Federazzjoni li tiġbor fi ħdanha l-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tal-enerġija li qalet li għandha pjani li tieħu azzjonijiet li jaffettwaw il-festival tal-films f’Cannes u l-Grand Prix f’Monaco. Huma heddew ukoll li jieħdu azzjoni li taffettwa ir-Roland Garros Tennis Open.

Il-Federazzjoni qalet li “Macron wegħedna 100 jum biex jirranġa s-sitwazzjoni. Aħna qegħdin inwegħduh 100 jum ta’ azzjoni u rabja”.

Intant il-protesti fi Franza mistennija jkomplu nhar il-Ġimgħa u mbagħad jilħqu jkomplu fl-1 ta’ Mejju għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem.

Ekonomija

Sport