Wednesday, January 21, 2026

“Il-ħaddiema minn pajjiżi terzi għandhom ikunu protetti” – Kevin Abela

Aqra wkoll

Is-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel Kevin Abela qal li kien ta unur għalih li matul dawn l-aħħar tliet snin mexxa din it-Taqsima. Qal li rnexxielhom jikkonkludu numru sostanzjali ta’ Ftehimi Kollettivi f’diversi oqsma, minn kuntratturi tat-tindif, kumpaniji tal-manifattura, għal lukandi u entitajiet governattivi.

“Dawn il-ftehimiet wasslu għal titjib finanzjarju li b’mod kollettiv, jammonta għal aktar minn €2.5 miljun fil-bwiet tal-ħaddiema. Dawn ir-riżultati huma frott ta’ negozjar, perseveranza u s-saħħa tar-rappreżentanza kollettiva,” qal Abela. 

Huwa rrefera wkoll għall-iffirmar tal-MoU mal-Assoċjazzjoni tal-Kumpaniji li jħaddmu d-delivery couriers – pass storiku u l-ewwel tax-xorta tiegħu fl-Ewropa. Fost ħafna drittijiet dan wassal sabiexmill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena, kull ħaddiem f’dan is-settur irid ikun membru tal-GWU.

Qal li filwaqt li nirrikonoxxu dawn il-kisbiet, irridu nħarsu lejn problema usa’ li taffettwa diversi setturi: l-abbuż tal-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi terzi. Qal li dan l-abbuż jagħmel ħsara lil kulħadd.

“Għalhekk, is-soluzzjoni trid tkun waħda kollettiva u deċiżiva. Il-ħaddiema minn pajjiżi terzi għandhom ikunu protetti permezz ta’ sħubija obligatorja f’union sa mal-wasla tagħhom,” tenna Abela. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport