Monday, October 14, 2024

Il-ħaddiema ta’ Clean Malta b’tindif immedjat wara l-kunċert tal-Isle of MTV

Aqra wkoll

Diversi ħaddiema ta’ Clean Malta, il-lejl li għadda kienu impenjati jnaddfu l-Fosos tal-Furjana mill-fdalijiet ta’ karti, flixkien u kontenituri tal-ikel li ħallew warajhom uħud dawk li attendew għall-kunċert annwali tal-Isle of MTV.

Fl-imsemmi kunċert kien hemm konkorrenza ġmielha, bi 30,000 persuna li mlew il-Fosos sabiex jiltaqgħu mal-artisti ta’ fama internazzjonali: One Republic, Alesso, Tom Grennan, Mimi Webb u Delta Goodrem.

Għalkemm xi drabi mhux dejjem ikun apprezzat biżżejjed ix-xogħol tat-tindif tat-toroq, imnalla jkunu dawn il-ħaddiema li jieħdu azzjoni immedjata wara attivitajiet bħal dawn sabiex il-lokalitajiet jisbħu fin-nadif.

Sport