Thursday, December 26, 2024

Il-ħaddiema tal-Air Malta u tal-Air Malta Aviation Services rappreżentati mill-GWU jivvutaw favur il-paga soċjali

Aqra wkoll

Il-ħaddiema rappreżentati mill-GWU fl-Air Malta Aviation Services u l-linja Nazzjonali Air Malta il-bierah vvutaw favur ftehim li jissalvagwardja l-impjiegi kollha taghhom u jieħdu paga soċjali ta’ mhux anqas minn €1200 fix-xahar. Il-ftehim huwa għall-erba’ ġimgħat u jista’ jerġa’ jiġi mġedded.

Il-ħaddiema tal-Air Malta li huma, l-amministrazzjoni, is-sezzjoni kummerċjali u s-sezzjoni tal-operations u l-haddiema tekniċi approvaw l-ftehim b’vot ta’ 100% favur filwaqt li l-haddiema tal-AirMalta Aviation Services Ltd li huma ground handling, cargo, general maintenance u taċ-check in desk approvaw il-ftehim b’ 95% favur. Il-haddiema kollha urew maturità u għarfien tas-sitwazzjoni mwera li laqtet lid-dinja kollha inkluż Malta. Fost l-industrija l-aktar milquta hija l-industrija tal-avjazzjoni. Fil-fatt minn 20 titjira kuljum l-Air Malta qed tagħmel żewġ titjiriet biss.

Wara ġimgħat ta’ diskussjonijiet mal-management taż-żewġ kumpaniji u konsultazzjoni kontinwa mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, ilbieraħ il-membri tal-GWU vvutaw favur dan il-ftehim. Matul dan il-proċess irrenjat l-għaqda bejn il-ħaddiema kollha u l-management biex ikun salvagwardjati kemm l-impjiegi kif ukoll il-futur tal-linja nazzjonali Maltija.

Ekonomija

Sport