Friday, November 22, 2024

Il-ħaddiema tal-Korpi Dixxiplinati jibdew jirċievu l-appuntamenti għall-booster kontra l-COVID-19

Aqra wkoll

Mil-lum bdew jintbagħtu SMSes bl-appuntamenti tad-doża tal-booster kontra l-COVID-19 lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, tal-Korp tal-Puliżija, tal-Protezzjoni Ċivili, tal-LESA u l-ħaddiema tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħadmu id f’id mat-tmexxija ta’ dawn l-entitajiet sabiex inġabru d-dettalji tal-ħaddiema li jixtiequ jitlaqqmu bil-booster.

Il-proċess tat-tilqim ta’ dan il-grupp mistenni jkun komplut fi ftit jiem, sabiex b’hekk tkompli tiżdied l-immunità tal-poplu Malti kontra l-COVID-19.

Bħalissa l-programm ta’ vaċċinazzjoni huwa miftuħ għal kull min għandu ‘l fuq minn 50 sena u r-reġistrazzjoni għat-tilqima tista’ ssir fuq vaccin.gov.mt.

Sport