Saturday, December 14, 2024

Il-ħamest irġiel li kienu fit-Titan ikkonfermati mejta

Aqra wkoll

Hekk kif instabu l-ewwel fdalijiet tas-sottomarin Titan li fih kien hemm ħamest irġiel biex jaraw it-Titanic ftit tal-ħin ilu tħabbar li kienu kollha mejtin. Dan tħabbar mill-operaturi tas-sottomarin.

Kienu jiem ta’ biża’ u tensjoni hekk kif il-ħaddiema tas-salvataġġ minn diversi pajjiżi kienu ġlieda kontra l-ħin biex isalvaw il-ħames persuni.

L-avventura tagħhom biex jaraw il-vapur Titanic spiċċat fi traġeda, bil-biża’ li l-katavri tagħhom jibqgħu ma jinstabu qatt.

t-Titan, bil-ħames persuni abbord, tilef il-kuntatt mal-bastiment tar-riċerka Polar Prince madwar siegħa u 45 minuta fil-għadsa tiegħu lejn it-tifrik tat-Titanic il-Ħadd filgħodu.

Flimkien mal-biljunarju Ingliż Hamish Harding, hemm il-pilota tas-sottomarin, il-Franċiż Paul-Henry Nargeolet, u l-Kap Eżekuttiv u fundatur tal-kumpanija OceanGate Expeditions, Stockton Rush. In-negozjant Pakistani Shahzada Dawood u ibnu Suleman, kienu wkoll abbord.

Ekonomija

Sport