Saturday, November 9, 2024

“Il-ħarsa t’għajnejh tinfidlek qalbek u  tgħid li dan ir-raġel huwa raġel qaddis u twajjeb”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Jgħid dan Charles Abela xufier mad-delegazzjoni tal-Papa Franġisku

Charles Abela, xufier mad-delegazzjoni tal-Papa Franġisku waqt iż-żjara li hu għamel f’pajjżina. iddikjara ma’ Talk.mt li fil-jumejn li l-Papa Franġisku għamel f’pajjiżna seta’ jara mill-qrib kif il-ħarsa t’ t’għajnejh tinfidlek qalbek u tgħid li dan ir-raġel huwa raġel qaddis u twajjeb.

Charles Abela jgħidilna li “d-dati  tat-2 u 3 t’April, 2022, ser jibqgħu f’moħħ ħafna biż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, speċjalment dawk li kienu qed jaħdmu viċin tiegħu. Jiena ninsab onorat li kont magħżul bħala xufier fl-entourage tal-Papa, u kienet esperjenza sabiħa ħafna, sigurtà assoluta, ħafna nies involuti, Pulizija tas-Sezzjoni tat-Traffiku, CID, SIU, Pulizija fit-toroq fixed point, Protezzjoni Ċivili, Ambulanzi, AFM, membri tas-sigurtà pajżana, xufiera tal-kontiġent kollu, koki, etc etc tibqa’ ssemmi l-lista ma tispiċċa qatt”.

Charles Abela jgħid li “kienu jumejn impenjattivi ħafna però ta’ sodisfazzjon kbir.  Nista’ ngħid b’unur li konna team kif ngħidu bil-matli, tal-ġenn, kollox ikkordinat u mmexxi b’għaqal kbir.  Il-poplu Malti ra lill-Papa għaddej fit-toroq bil-karozza tiegħu flimkien ma’ ammont ta’ vetturi oħra u feraħ il-poplu bih, u xejjirlu, u għajjatlu però wara dak il-ferħ kollu kien hemm ħidma ta’ sigħat twal u preparamenti.”

Jgħidilna li “impossibli nsemmi il-jumejn kif aħna li ħdimna viċin il-Papa qattajna l-ġranet siegħa b’siegħa għax nieħu ħafna kitba u l-programm tal-attivitajiet tal-Papa il-poplu Malti rah kif kien, però kienu jumejn ippakkjati, li kienu iebsa għall-Papa, tara bniedem ta’ dik l-età, muġugħ, bilkemm jiflah jimxi, però jitbissem lill-kulħadd, mill-akbar awtorità tal-pajjiż għall-iżgħar ċittadin…..it-tfal ……raġel umli u saqajh mal-art, li l-ħarsa t’għajnejh tinfidlek qalbek u tgħid li dan ir-raġel huwa raġel qaddis u twajjeb. Il-merħba li tah il-poplu minn fejn għadda fit-toroq Maltin, nsemmi ftit mumenti li lili personalment laqtuni ferm: iż-żjara tal-Papa f’Għawdex, l-ammont ta’ nies li rajna kien xi ħaġa inspjegabbli, iż-żjara fil-grotta ta’ San Pawl fir-Rabat Malta, tara pjazza nies ippakkjata, pjazza mżejna sabiħ għall-okkażjoni, u il-quddiesa ta’ fuq il-fosos fil-Floriana. Tara nies minn kull faxxa tas-soċjetà jattendu għall-okkażjoni sabiħa hekk, kif ukoll laqtuni li anke nies li ma humiex Kattoliċi Rumani attendew. Xi ħaġa li timmeravilja ruħek, bilfors li dan ir-raġel għandu xi ħaġa li tiġbed lin-nies, huwa x’inhuwa r-reliġjon, u fl-aħħar mill-aħħar kull reliġjon għandha l-għan tagħha li tqim lil Alla”, itemm jgħid Charles Abela.

Sport