Friday, February 27, 2026

“Il-ħarsien tat-tfal irid jibqa’ prijorità”

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jitlob miżuri regolatorji urġenti

Aqra wkoll

F’dawn il-ġranet inqalgħet kwistjoni dwar ftuħ ta’ ħanut li jbigħ prodotti CBD, prodott marbut mal-kannabis viċin ta’ skola. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal esprima tħassib qawwi rigward u sostna li l-viżibbiltà ta’ dawn il-ħwienet fl-ambjent immedjat tat-tfal iqajjem tħassib serju dwar influwenzi mhux xierqa. 

Fi stqarrija l-Uffiċċju tal-Kummissaru għat-Tfal insista li, “it-tfal għandhom id-dritt jikbru u jitgħallmu fi spazji li huma siguri, jagħtuhom sapport u li huma ħielsa minn attivitajiet kummerċjali li jistgħu jimminaw il-benesseri tagħhom.

L-Uffiċċju jsejjaħ għal miżuri regolatorji urġenti biex ikun żgurat li stabbilimenti li jbiegħu jew jippromwovu prodotti marbuta mal-kannabis ma jitħallewx joperaw viċin ta’ skejjel jew ġewwa żoni wżati primarjament mit-tfal”. 

Finalment ingħad li, “il-ħarsien tat-tfal irid jibqa’ prijorità. Irridu naħdmu flimkien biex niżguraw li ż-żoni tal-iskejjel jibqgħu ħielsa minn attività kummerċjali li jistgħu jimminaw il-benesseri u l-iżvilupp tagħhom. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport