Sunday, March 22, 2026

Il-Ħelisien mhux biss niċċelebrawh imma rridu nibqgħu naħdmu għalih

- Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

Aqra wkoll

Il-kisba tal-Ħelsien, fl-aħħar ta’ Marzu ta’ 47 sena ilu, waslet biex pajjiżna mhux biss ra l-għeluq tal-bażijiet militari, imma l-kisba ta’ ħelsien ekonomiku li bih illum inwieżnu lin-nies.

Hekk stqarr id-Deputat Prim Ministru u d-Deputat Mexxej Laburista Ian Borg, waqt li kien qed jipparteċipa f’diskussjoni waqt attività politika tal-Partit Laburista f’Birżebbuġa.

Huwa fakkar kif minkejja t-tensjonijiet ġeopolitiċi, pajjiżna baqa’ jgawdi minn sigurtà, b’differenza għal pajjiżi ġirien tagħna. Dr Borg hawn iddeskriva kif fis-sitwazzjoni preżenti tas-sigurtà nazzjonali hi lussu.

Id-Deputat Prim Ministru aċċenna wkoll għall-post fejn ittellgħet l-attività, biswit il-monument magħruf għas-Summit bejn Bush u Gorbachev f’Diċembru tal-1989 – simbolu tal-mod kif pajjiżna dejjem ħadem favur il-paċi u b’rispett lejn in-newtralità.

Dr Borg sostna kif pajjiżna għandu bżonn li jkun qrib il-pajjiżi kollha, però ma jridx joqgħod lura milli jagħmel id-dikjarazzjonijiet li jkun hemm bżonn. Dan l-approċċ wassal biex pajjiżna mexxa l-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, fora li wasslet biex pajjiżna ntalab imexxi l-OSCE aktar tard. B’hekk id-Deputat Prim Ministru sostna kif il-Partit Laburista qiegħed f’pożizzjoni unika li jibqa’ jimbotta newtralità b’mod kredibbli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport