Saturday, March 28, 2026

Il-Ħelsien tal-Perit Dom Mintoff għadu jixgħel il-fjamma tiegħu kull ġurnata

- il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Leonid McKay

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Il-ħelsien ma kienx ifisser biss li telqu l-bażi militari Ingliżi. Kien ifisser ukoll ħelsien ekonomiku u ħelsien ta’ ħsieb. Allura minn pajjiż li sa ftit tas-snin ta’ qabel, in-nies kienu sfurzati jitilqu, il-pajjiż beda jibni lilu nnifsu fl-infrastruttura. Hemm ukoll il-welfare state u bħala Partit Laburista aħna tant kburin bih. Il-Ħelsien ħelisna mill-preġudizzji abbażi tal-ġeneru, ħelsien li ħelisna miċ-ċensura u mill-faqar assolut. Il-ħelsien tal-Perit Dom Mintoff għadu jixgħel il-fjamma tiegħu kull ġurnata”.

Dan iddikjarah il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Leonid Mckay f’intervista li ta lil dan il-ġurnal hekk kif bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti b’rabta maċ-ċerimonja ta’ Jum il-Ħelsien. 

McKay semma li jekk hemm ħaġa li tirrapreżenta l-Ħelsien huwa l-monument nnifsu, illi l-ewwel mudell illi ppreżenta l-iskultur Anton Agius lil Dom Mintoff ġew skartati. 

Irrimarka li Dom Mintoff ma riedx juri li l-mixja għall-Ħelsien kienet xi waħda faċli u propju llum il-monument juri li biex titla’ sa fuq hija diffiċli. Qal ukoll li din kienet l-istess bħalma kienet diffiċli wkoll il-mixja għall-ħelsien. 

McKay saħaq; “Dak li se nkunu qegħdin niċċelebraw nhar it-Tnejn 30 ta’ Marzu propju ġewwa l-Birgu ħdejn il-monument innifsu huwa li niċċelebraw il-mixja mill-Ħelsien sal-lum li ġabitilna tkabbir ekonomiku”.

Qal ukoll; “Illum għandek Malta ili għandha waħda mill-akbar ekonomiji madwar l-Unjoni Ewropea, is-suq tax-xogħol, persuni b’diżabilità. Kellna ukoll l-ogħla rata ta’ nisa fis-suq tax-xogħol. Rajna ukoll tkabbir fil-qasam soċjali. Dawn il-kisbiet huma kollha li bdew minn din il-mixja”. 

Ma’ dan il-ġurnal, il-Kap Eżekuttiv tal-PL spjega li nhar it-Tnejn se jkollna ċelebrazzjoni u rappreżentazzjoni artistika mill-isbaħ u apprezzament innifsu tal-mixja mill-1979 sal-lum. 

Tenna jgħid li ċ-ċelebrazzjoni ta’ nhar it-Tnejn mis-6.30 p.m. ’il quddiem se tilħaq il-qofol tagħha propju bid-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela.

Huwa temm jappella: “Ejja ningħaqdu flimkien nhar it-Tnejn ġewwa l-Birgu biex flimkien mal-Partit Laburista niċċelebraw mhux dak li ksibna biss imma anke għall-quddiem”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport