Saturday, April 5, 2025

Il-holders Man Utd eliminati mill-FA Cup

Aqra wkoll

Il-holders tal-FA Cup, Manchester United sfaw eliminati fl-Aħħar 16 minn Fulham bl-għoti tal-penalties bil-Cottagers joħorġu rebbieħa bl-iskor ta 4-3 wara li temmew fi draw ta’ 1-1, f’Old Trafford. 

Fulham fetħu l-iskor minn Calvin Bassey (45) iżda Bruno Fernandes (71) kiseb id-draw għar-Red Devils biex il-partita marret fil-ħin barrani, bl-iskor jibqa’ ma jinbidilx. 

Newcastle v Brigh­ton – Barra minn darhom, Brigh­ton għelbu lil Newcastle United bl-iskor ta’ 2-1 liema partita marret fil-ħin  barrani. 

Il-Magpies fetħu l-iskor minn penalty ta’ Alexander Isak (22) iżda Yankuba Minteh (44) kiseb id-draw għal Brighton filwaqt li Danny Welbeck (114) poġġa lis-Seagulls fil-kwarti-finali. 

Iż-żewġ timijiet kellhom player imkeċċi – Anthony Gordon (83) għal Newcastle u Tariq Lamptey (90) għal Brighton.

POLOZ TAL-KWARTI-FINALI  

Il-Ħadd ittellgħu l-poloz tal-kwarti-finali li rriżultaw hekk:

– Fulham v C. Palace

– Preston v Aston Villa

– Bournemouth v Man City

– Brighton v 

                    Nottm F./Ipswich

*Il-partiti jintlagħbu fi tmiem il-ġimgħa bejn it-28 u l-31 ta’ dan ix-xahar. 

Sport