Saturday, January 10, 2026

Il-holders tal-FA Cup, C. Palace jibdew kontra Macclesfield

Aqra wkoll

It-triq it-twila tal-eqdem kompetizzjoni knock-out fl-istorja tal-football, l-FA Cup, qed tkompli fi tmiem din il-ġimgħa meta qed tintlagħab it-tielet round li fiha jidħlu t-timijet tal-Premier League u taċ-Champinship – 46 – u l-20 l-oħra huma minn League One, League Two u non-league

*Crystal Palace, li s-sena l-oħra rebħu t-tazza għall- ewwel darba meta għelbu lil Manchester City 2-0 fil-finali, se jibdew kontra Macclesfield wara li rebħu l-aħħar sitt logħbiet kontra timijiet non-league mindu tilfu 3-1 kontra Yeovil Town fl-1963-64.

Fatt interessanti huwa li 12 mill-aħħar 13 rebbieħa tat-trofej għaddew mit-tielet round bl-eċċezzjoni ta’ Arsenal li fl-2017-18 tilfu 4-2 kontra Nottm Forest.

*F’dan ir-round hemm erba’ logħbiet bejn timjiet tal-Premier League u Everton kontra Sunderland hija waħda minnhom. L-aħħar li ltaqgħu kien fil-kwarti-finali tal-2011-12 li t-Toffeemen reb­ħu 2-0 wara replay. Huma eliminaw lil Black Cats tmien darbiet fl-FA Cup bl- iktar li eliminaw huma Sheffeld Wednesday – 10 darbiet.

*Wolves rebħu ż-żewġ logħbiet li kellhom kontra Shrewsbury meta ħtiġilhom replays fit-tnejn (1978-79 kwarti-finali u 2018-19 ir-raba’ round).

Shrewsbury tilfu 14 mill-15-il logħba away kontra avversarji mill-ogħla diviżjoni fl-FA Cup bl-eċċezzjoni tkun id-draw 1-1 ma’ Wolves f’Marzu 1979.

*Burnley u Millwall iltaqgħu biss f’logħba waħda pre­ċedenti tal-FA Cup, bil- Lions jirbħu 1-0 f’The Den fil-ħames round fl-2003-04 fi triqthom biex jilħqu l-finali ta’ dak l-istaġun.

Millwall rebħu waħda mill-aħħar disa’ logħbiet kontra Burnley fil-kompetizzjonijiet kollha (D3, T5), reb­ħa ta’ 1-0 f’darhom fiċ- Championship fl-istaġun li għadda.

*Fulham ilhom mingħajr telfa fl-aħħar seba’ logħbiet tagħhom kontra Middles­brough fil-kompetizzjonijiet kollha (R4, D3) minn meta tilfu 2-0 fiċ-Championship lura fi Frar 2016.

Iż-żewġ timijiet qatt ma ltaqgħu qabel fl-FA Cup – il-Boro ilhom mingħajr rebħa fl-aħħar 22 logħba tagħhom barra minn darhom fl-FA Cup f’Londra (D9, T13) minn meta għelbu lil Charlton f’Jannar 1957.

*Sheffield Wednesday ilhom erba’ logħbiet ma jirbħu kontra Brentford fil- kompetizzjonijiet kollha (D1, T3) b’din tkun l-ewwel darba li se jiltaqgħu fl-FA Cup.

*Logħba ta’ kwalitá għand­ha tkun dik bejn Tottenham Hotspur u Aston Villa bl-tal-ewwel tilfu tnejn mill-aħħar tliet logħbiet tal-FA Cup kontra l-Villans meta eliminawhom fir-raba’ round is-sena l-oħra. L-aħħar team li elimina lil Spurs fi staġuni konsekuttivi kienu Manchester United fl-2007-08 u fl-2008-09.

Il-Villa diġá rebħu 2-1 f’Tottenham fil-kampjonat dan l-istaġun. Bħala team mill-ogħla livell l-aħħar team li għelbu darbtejn barra minn darhom fi staġun wieħed kienu Norwich City fl-2012-13.

*Din hija l-ewwel laqgħa bejn Charlton u Chelsea minn mindu lagħbu fi Frar 2007 fil-Premier League, fejn il-Blues rebħu 1-0. L-Addicks tilfu tmienja mill-aħħar 11-il logħba tagħhom fil-kompetizzjonijiet kollha kontra r-rivali tagħhom minn Londra (R1, D2).

Chelsea lagħbu kontra Charlton darbtejn qabel fl-FA Cup, fejn rebħu ż-żewġ logħbiet 3-0 – fir-raba’ round fl-1962-63 u fit-tielet round fl-1994-95.

Il-Blues lagħbu 61 mill-aħħar 63 logħba tagħhom fl-FA Cup kontra timijiet minn diviżjoni aktar baxxa, inklu­żi l-aħħar 22 konsekuttivi. 

*Derby County tilfu sitta mill-aħħar tmien logħbiet tagħhom kontra Leeds Uni­ted fil-kompetizzjonijiet kol­­­­­lha (R1, D1), u tilfu l-aħħar tlieta konsekuttivi.

Leeds avvanzaw minn kull waħda mill-aħħar erba’ logħbiet tal-FA Cup tagħhom kontra Derby, fejn għelbuhom fl-istaġuni 1967-68, 1972-73, 1974-75 u 1995-96. L-uniku team li rebaħ ħames logħbiet konsekuttivi kon­trih fil-kompetizzjoni huma Wolves bejn l-istaġuni 1935-36 u 1981-82.

*Portsmouth ilhom mingħajr rebħa fl-aħħar 22 logħba tagħhom kontra Arsenal fil-kompetizzjonijiet kollha (D8, T14) minn mindu rebħu 5-4 f’Marzu tal-1958. Kien biss kontra Chelsea (31 bejn l-1962 u l-2012) li qatt kel­lhom sensiela itwal min­għajr rebħa.

Arsenal avvanzaw mill-erba’ logħbiet kollha tal-FA Cup kontra Portsmouth, fl-istaġuni 1931-32, 1970-71, 2003-04 u 2019-20. Huma ltaqgħu kontra Brighton u Leyton Orient f’aktar logħbiet b’rata ta’ suċċess ta’ 100% (5 minn 5).

*West Ham huma mingħajr telfa fl-aħħar ħames logħbiet tagħhom f’darhom kontra QPR fil-kompetiz­zjonijiet kollha (R3, D2), l-aktar riċenti rebħa ta’ 2-0 fil-Premier League f’Ottu­bru, 2014.

QPR avvanzaw mill-aħ­ħar tliet logħbiet tagħhom fl-FA Cup kontra West Ham, l-aktar riċenti rebħa ta’ 1-0 fir-raba’ round fl-1994-95 taħt Ray Wilkins.

Bil-format attwali tal- kompetizzjoni (mill-1925-26), QPR ġew eliminati mit- tielet round tal-FA Cup aktar spiss minn kwalunkwe team ieħor (52 darba).

*Manchester United iffaċċjaw lil Brighton f’sitt logħbiet preċedenti tal-FA Cup u rebħuhom kollha, l- ak­tar riċenti fis-semi-finali tal-2022-23, fejn rebħu 7-6 bil-penalties wara draw ta’ 0-0.

Brighton ġew eliminati mill-FA Cup sitt darbiet mill-United, l-aktar li qatt ġew eliminati minn team wieħed. Huma rebħu tlieta mill-aħħar erba’ żjarat tagħhom f’Old Trafford – kollha fil-Premier League – iżda tilfu 4-2 hemmhekk aktar kmieni dan l-istaġun.

Il-United ġew eliminati fit-tielet round f’żewġ logħbiet biss mill-aħħar 40 tagħ­hom f’dan l-istadju, fejn tilfu 1-0 kontra Leeds United fl-2009-10 u 2-1 kontra Swansea City fl-2013-14.

*Liverpool tilfu l-aħħar logħba tagħhom tal-FA Cup kontra Barnsley fil-ħames round tal-2007-08 iżda avvanzaw mill-erba’ logħbiet l-oħra kontrihom fl-1894-95, 1905-06, 1913-14, u 1984-85.

Barnsley rebħu l-aħħar żewġ logħbiet tagħhom f’An­field fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn rebħu fil-Premier League fl-1997 u fl-FA Cup fl-2008.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport