Micol Arcolini, it-tfajla ta’ 17-il sena tilef ħajjitha fil-provinċja ta’ Massa-Carrara fl-Italja hekk kif kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Il-familja tagħha qalu li l-ħolm ta’ binthom mietu kollha magħha, waqt li kienu qegħdin jitkellmu mal-midja Taljana.
Kien nhar it-Tlieta li għadda għall-ħabta tal-4.00pm meta Micol kienet qiegħda ssuq mutur żgħir u magħha kellha l-akbar ħabiba tagħha.
Għal xi raġuni, hija tilfet il-kontroll u baqgħet dieħel f’karozza SUV. It-tfajla ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post filwaqt li l-ħabiba tinsab fil-periklu tal-mewt.

