Thursday, April 10, 2025

Il-Hyrox hi sabiħa għax taċċetta kull tip ta’ livell u bis-saħħa ta’ hekk ħafna nies sabu skop għal ħajja attiva – Jean Claude Faenza

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-Hyrox?

L-imħabba tiegħi lejn il-Hyrox bdiet minn meta iltqajt mal-kowċ tiegħi Wayne Spiteri li dejjem kont narah il-gym. Hu kien qali bil-Hyrox u x’tikkonsisti u minn hemm beda ġej l-interess.
Hu kien qalli li jara potenzjal fiha u jekk naħdem u nistinka jirnexxieli. Minn dak iż-żmien ‘l hawn ħdimna flimkien sabiex illum wasalt hawn.

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?

Hawn Malta din kienet it-tielet edizzjoni ta’ Hyrox Pro Men ġewwa Campus Hub u fiha rnexxieli nikseb l-ewwel post għat-tielet darba b’ħin ta’ 59:34min kif ukoll tellaqt mixed double m’a Dzintra Grech – athlta liema bħalha fejn ġejna l-ewwel b’ħin ta’ 55min. 


Apparti minn hekk kelli wkoll kompetizzjonijiet barra minn xtutna, bl-iktar waħda riċenti f’Katowice, il-Polonja fejn mill-Pro category ġejt fit-tieni post fl-age group tiegħi u l-għaxar post overall. Dan irriżulta biex ikkwalifikajt għall-Hyrox World Championship li ħa jsir ġewwa Chicago fl-Iststi Uniti f’Ġunju li ġej.

Apparti minn hekk ġewwa Turin flimkien ma’ sieħbi Jesmar Winters akkwistajna postna fil-Kampjonati Mondjali fil-kategorija tal-Pro Double Men.

Kif tqis il-livell tal-Hyrox f’pajjiżna fil-preżent?

Bħala livell hawn Malta dejjem qed jikber peró sfortunatament xorta hemm nuqqas ta’ riżorsi għal atleti dedikati.

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Il-maġġoranzza tat-taħriġ isir ġol-gym. Hawn ċerti gyms li huma ‘fully equipped’ b’dak kollu li jkollna bżonn.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek flil-Hyrox?

Jien flimkien mat-tim tiegħi u l-kowċ għandna ħolma kbira peró t-triq hija twila imma qegħdin naħdmu sabiex nibqgħu mexjin fit-triq it-tajba. L-iskop huwa li nkunu ta’ livell għoli u nkomplu nirrapreżentaw lil Malta internazzjonalment.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-Hyrox.

Nieqaf bl-aħħar messaġġ … il-Hyrox hi sabiħa għax taċċetta kull tip ta’ livell, u bis-saħħa ta’ hekk ħafna nies sabu skop għal ħajja attiva li hija importanti ħafna.
Bħalma kont kapaċi jiena, kapaċi kulħadd b’determinazzjoni u gwida tajba.
Warra kollox fil-ħajja m’hawn xejn faċli!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport