Thursday, October 23, 2025

Il-jott Balthasar jirbaħ ir-Rolex Middle Sea Race 2025

Aqra wkoll

Ir-rebbieħ tas-46 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race 2025 huwa l-jott Balthasar, immexxi minn Louis Balcaen. Ir-Royal Malta Yacht Club ikkonferma li l-ebda jott li kien għadu fit-tellieqa ma seta’ jtejjeb il-ħin ikkoreġut ta’ Balthasar taħt il-klassifikazzjoni IRC.

L-ekwipaġġ ta’ Balthasar huwa: Louis Balcaen, Arianne Van de Loosdrecht, Bouwe Bekking, Diego Torrado, Dirk de Ridder, Harry Owens, Harry Smith, Henri Demesmaeker, Jaime Ward, Javier De la Plaza, Jens Dolmer, Juan Totto, Louis-Robert Cool, Max Deckers, Pablo Arrarte, Rogier van Overveld u Simbad Quiroga.

“Din it-tellieqa verament tat prova ta’ kollox — id-dgħajsa, l-ekwipaġġ u l-paċenzja tagħna,” qal Louis Balcaen. “Mill-bidu konna nafu li kienet se tkun aktar logħba mentali milli fiżika. Il-kundizzjonijiet dehru faċli imma fil-verità kienu ħafna aktar ta’ sfida: xita qawwija, bidliet bla tmiem fir-riħ, u perjodi twal fejn żball wieħed seta’ jkisser sigħat ta’ xogħol. Kollox kien dwar li nibqgħu kalmi, konsistenti u nemmnu f’xulxin.”

It-tattiku ta’ Balthasar, Bouwe Bekking, ilu jbaħħar mal-familja Balcaen għal aktar minn 20 sena. Huwa veteran ta’ tmien tiġrijiet madwar id-dinja, inklużi erbgħa bħala skipper u b’sitt podji. Din hija t-tieni darba li rnexxielu jirbaħ ir-Rolex Middle Sea Race, wara s-suċċess tiegħu ma’ Morning Glory fl-2006.

Balthasar se jkun ippreżentata bit-trofew tar-Rolex Middle Sea Race waqt iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni nhar is-Sibt 25 ta’ Ottubru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport