Thursday, December 26, 2024

Il-Jott Calypso Tirbaħ il-BOV Gozo Regatta Wara Regatta Impenjattiva

Aqra wkoll

Il-jott Calypso ta’ Sebastian Ripard rebaħ kemm it-titlu overall kif ukoll dak tal-Klassi IRC 1 fil-BOV Gozo Autumn Regatta, fejn tlielaq kompetittivi f’kull klassi għamlu raw lir-rebbieħa finali ddeterminati fl-aħħar tellieqa.  

Il-BOV Gozo Autumn Regatta li kienet mifruxa fuq tlett ijiem ippreżentat varjetà ta’ kundizzjonijiet tat-temp li taw sfida tajjeb lill-parteċipanti. Fl-ewwel jum, it-temp hedded li jifkel it-tluq lejn Għawdex,  iżda l-kundizzjonijiet tjiebu fil-ħin, b’riħ frisk u baħar kalm għall-vjaġġ lejn Għawdex. Is-Sibt filgħodu minkejja bidu b’xita qawwija, t-temp taffa u l-flotta navigat il-korsa “round the cans,”.  Ir-riħ  li kien jvarja minn 10 sa 12 sa 15-il mil nawtiku fis-siegħa intensifikat il-kompetizzjoni. Sa tmiem is-Sibt ġew identifikati l-kontendenti għall-unur ġenerali: Elusive 2 tal-aħwa Podesta, Calypso ta’ Sebastian Ripard, u Jubatus ta’ Sean Borg.

Il-Ħadd, l-aħħar jum, ġab baħar aktar kalm ir-riħ kien jivarja bejn 6 u 12-il mil nawtiku fis-siegħa. Ir-riżultat tar-regatta kien jiddependi fuq l-aħħar tellieqa, li fl-aħħar iddeterminat ir-rebbieħa f’kull klassi. It-tellieqa tal-Ħadd kkonkluda tmiem il-ġimgħa eċċitanti ta’ tlielaq kompetittivi.

Sebastian Ripard ta’ Calypso irrimarka li “Minkejja t-temp, ħadna gost ħafna kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art! Il-kombinazzjoni tal-korsa  kostali u dawk round the cans għamlu s-tellieqa eċċitanti ħafna. It-tlielaq is-Sibt fil-fliegu ta’ Kemmuna bil-15-il mil nawtiku fis-siegħa kienu ħafna pjaċir! Għoġbitna wkoll l-esperjenza wara t-tlielaq! L-irmiġġ tal-Imġarr huwa sabiħ ħafna. It-tmiem il-ġimgħa f’Għawdex dejjem huwa taħlita sabiħa ta’ tlielaq eċċitanti u avvenimenti soċjali tajbin.”

Ir-rebbieħ tal-Klassi IRC 2, Ottovolante ta’ John Cachia West, kisbet il-vittorja l-Ħadd, meta rebħet l-aħħar tellieqa lejn Malta u għelbet lil Juniper ta’ Brian Flahive b’punt wieħed biss. Fit-tielet post spiċċat Vivace, ta’ Andrew Agius Delicata u Matthew Gabriele.

“Il-weekend f’Għawdex huwa avveniment li jien u l-ekwipaġġ dejjem nistennew bil-ħerqa. Kellna tliet ijiem ta’ tlielaq ta’ sfida, speċjalment it-tellieqa kostali lura lejn Marsamxett – ir-riħ kien ħafif u dejjem jinbidel. Minkejja x-xita fl-aħħar ġurnata, il-kundizzjonijiet tat-temp kienu perfetti għal din ir-regatta” – stqarr Cachia West.

Il-Klassi tal-Cruisers ma kinitx eċċezzjoni, bir-rebbieħ jiġi ddikjarat fl-aħħar tellieqa. Dimm ta’ Kevin Pisani Zammit rebaħ, minkejja li kellu xi membri tal-ekwipaġġ neqsin. Pisani Zammit irrimarka li “Din kienet l-ewwel esperjenza tagħna f’tlielaq “round-the-cans” — sfida ġdida għat-tim tagħna — iżda affrontajna kull sfida b’determinazzjoni u kuraġġ. L-esperjenza kienet tiddomina, b’inqas idejn abbord milli antiċipajna, iżda l-ekwipaġġ ġabar lilhom infushom. Din ir-rebħa tfisser ħafna għall-ekwipaġġ ta’ Dimm, li għeleb kull ostaklu u għamel din il-kisba possibbli.”

It-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa l-Ħadd filgħaxija f’serata ospitata fir-Royal Malta Yacht Club. Is-Sur Charles Azzopardi, rappreżentant tal-BOV, l-isponsor tar-Regatta, kien preżenti għas-serata.

Il-Commodore tal-Club, David Cremona, radd il-ħajr lill-ekwipaġġi kollha, uffiċjali, u voluntiera li għamlu l-avveniment possibbli. Huwa esprima wkoll apprezzament għall-appoġġ kostanti tal-BOV bħala wieħed mill-isponsors antiki tal-Club.

Ekonomija

Sport