Monday, December 23, 2024

Il-jott Teasing Machine jirbaħ ir-Rolex Middle Sea Race

Aqra wkoll

L-Erbgħa tħabbar li r-rebbieħ tat-43 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race kien il-jott Franciż NMYD 54 Teasing Machine misjuq minn Eric De Turckheim

Ir-Royal Malta Yacht Club ikkonferma li ma fadal l-ebda jottijiet li għadhom qed itellqu, li jistgħu jtejbu l-ħin korrett ta’ Teasing Machine.

“Hija emozzjoni kbira li tirbaħ ir-Rolex Middle Sea Race,” qal De Turckheim. “Hija l-ewwel rebħa tagħna ta’ tellieqa 600 mil nawtiku, minkejja li ksibna diversi podji madwar id-dinja. Barra minn hekk, ċertament din hija t-tellieqa favorita tagħna ta’ 600nm minħabba l-kumplessità tal-korsa u tal-irjieħ li huma sinonimi magħha.”

“Għandi passjoni għat-tlielaq tas-600nm.  Din qisha maratona. Taħlita li wieħed jkun kompetittiv 24 siegħa wara 24 siegħa, u li jkollok ir-reżistenza u l-ħidma kollettiva ta’ team sħiħ. Din kienet is-seba’ tellieqa tagħna u għaldaqstant l-esperjenza tgħodd ħafna.”

L-ekwipaġġ huwa kompost minn  Eric De Turckheim, Laurent Pages, Christian Ponthieu, Quentin Le Nabour, Tony Brochet, Gabriele Olivo, Betrand Castelnerac, Paco Lepoutre, Aleandre Degrival, Jerome Teillet u Quentin Bouchacourt

Eric de Turckheim, li hu Rear Commodore tar-Royal Ocean Racing Club huwa bniedem irrispettat fid-dinja tal-ibburdjar. Rebbieħ tal-klassi u t-tielet  fil-klassifika ġenerali fl-2017, fid-debutt tal-NMYD 54, ġie segwit bit-tieni fil-Klassi fl-2019, it-tielet fil-Klassi fl-2020, u t-tieni fil-Klassi fl-2021.

Teasing Machine huwa r-raba’ jott Franċiż li rebaħ ir-Rolex Middle Sea Race wara l-passi ta’ Antares (1981), Spirit of Ad Hoc (2008) u Courrier Recommandé (2018).

Ekonomija

Sport