Il-Kumitat Olimpiku Malti bi pjaċir iħabbar li Judoka Katryna Esposito intgħażlet biex tifforma parti minn Team Malta fil-Logħob ta’ Pariġi 2024 li jmiss.
Ir-rebbieha ta’ midaljar fil-Logħob tal-Commonwealth u tal-GSSE 2023, Esposito ser tkun qeda tikkompeti fil-Kategorija -48kgs.
Esposito ntgħażeletpermezz tal-programm Universality Places assenjat mill-Kummissjoni Tripartite tal-Logħob Olimpiku u li għandha diskrezzjoni unika dwar l-għażla tal-atleta. L-għażla hija bbażata fuq l-esperjenza kompetittiva internazzjonali tal-atleta, il-livell tekniku taghha u r-rieda ta’ kwalifikazzjoni għal-Logħob Olimpiku billi pparteċipa f’ l-avvenimenti kwalifikanti rilevanti.