Thursday, December 26, 2024

Il-Jum Internazzjonali tal-Klieb Gwida

Aqra wkoll

Illum tfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Klieb Gwida li fl-isfond tal-imxija tal-Covid-19 tabilħaqq huma għajnejn għal persuni nieqsa mid-dawl.

Mingħajr kelb gwida, dawn il-persuni qajla jistgħu joħorġu minn darhom, imqar għal servizzi essenzjali. Il-klieb gwida huma tarka għal persuni neqsin mid-dawl għax inaqqsu l-bżonn ta’ kuntatt fiżiku ma’ persuni oħra.

M’hemmx provi xjentifiċi li l-klieb iġorru l-Covid-19 u għalhekk m’hemm lok għal ebda diskriminazzjoni kontra klieb gwida f’postijiet pubbliċi.

Ekonomija

Sport