Fl-aħħar sigħat, il-Kabinett Iżraelit approva pjani tal-Prim Ministru Netanyahu li Iżrael għandu jieħu kontroll assolut tal-Medda ta’ Gaża.
Skont il-Gvern Iżraelit, s’issa huma ħadu kontroll ta’ 75% ta’ Gaza, iżda l-Ġnus Magħquda tgħid li Iżrael għandu kontroll ta’ 87% tal-art.
Skont Iżrael b’dan il-mod biss tista’ tieqaf il-gwerra bejn Iżrael u l-grupp militanti tal-Ħamas.
X’se jiġri miċ-ċittadini Palestinjani s’issa ħadd ma jaf.