Saturday, December 28, 2024

Il-Kabinett japprova strateġija għal Għawdex u dokument ieħor biex jassigura li Ħondoq ma jkunx mittiefes bi żvilupp

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Kabinett kien approva l-viżjoni tal-vern għall-għaxar snin li ġejjin fost l-oħrajn l-Gozo Regional Development Strategy.

F’messaġġ li għadda fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru qal li waqt il-laqgħa tal-Kabinett li saret dalgħodu, il-Ministri approvaw il-l-Gozo Regional Development Strategy. Qal li d-dokument tfassal mis-soċjetà Għawdxija u kien maħsub fuq il-ħsieb ta’ Għawdex bħala gżira ta’ vilaġġi bl-identità u l-karatteristiċi distinti tagħhom.

Qal ukoll li dan id-dokument għandu l-għan li jiġbed lejn Għawdex xogħol ta’ kwalità għall-Għawdxin stess.

Fl-istess laqgħa tal-Kabinett ġie approvat dokument meqjus importanti ħafna li fih jara li jkun hemm bidla fil-pjani lokali biex jiġi assigura li Ħondoq ir-Rummien jibqa’ mhux mittiefes bi żvilupp.

Dr Abela qal li wara din id-deċiżjoni importanti li Ħondoq ir-Rummien ma jiġix żviluppat, l-istess dokument se jkun qed jinħareġ għall-lonsultazzjoni pubblika bil-għan li ma jsir ebda żvilupp u fl-istess waqt il-pubbliku jkun jista’ jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu dwar dan.

Il-Prim Ministru qal li fl-aħħar snin Għawdex wettaq avvanzi kbar. Sostna li l-istrateġija tal-Gvern hi li jibni fuq dawn l-iżviluppi bil-għan li Għawdex ikollu aktar spazji miftuħa, li jibża’ għall-pajsaġġi tiegħu, li jkollu konnettività b’saħħitha u li jkun gżira ta’ opportunitajiet.

Ekonomija

Sport