Saturday, November 23, 2024

Il-Kabinett tal-Ministri jipproponi kandidat għall-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ħarget sejħa pubblika u temmet il-proċess ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizjia, il-Kummissjoni b’mod unanimu rreferiet il-lista mqassra għal żewġ kandidati lill-Kabinett tal-Ministri.

Il-Kabinett tal-Ministri kkunsidra ż-żewġ kandidati u ddeċieda li jirreferi lis-Sur Angelo Gafà bħala l-aktar wieħed addattat għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija, għal smigħ  parlamentari  mill-Kumitat  Permanenti  dwar  il-Ħatriet Pubbliċi.

Dan il-pass qed isir wara li l-Parlament approva metodu ġdid għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija. Għall-ewwel darba fl-istorja, il-Kummissarju tal-Pulizija se jinħatar wara sejħa pubblika u bi proċess ta’ skrutinju mill-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi fil-Parlament. Il-proċess huwa wieħed aktar miftuħ u trasparenti. 

Sport