Il-kadavru li nstab fil-baħar qrib Filfla ġie identifikat bħala dak ta’ Danilo Scolari, it-Taljan ta’ 42 sena.
Huwa kien ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija fit-23 ta’ Novembru u kien deher l-aħħar fl-20 ta’ Novembru fl-inħawi tal-Port il-Ħieles, f’Birżebbuġa u kien liebes wetsuit camouflage.
Fis-26 ta’ Novembru l-Pulizija kienet ikkonfermat li kien instab kadavru qrib Filfla, ‘il barra minn Wied iż-Żurrieq.