Sunday, November 24, 2024

Il-Kamerun iridu rebħa biex jibqgħu biċ-ċans li jikkwalifikaw

Aqra wkoll

Minn Grupp G, fit-8.00 pm, il-Kamerun jilagħbu kontra l-Brażil li diġà huma kkwalifikati, bl-Afrikani jridu rebħa biex ikollhom iċ-ċans li jikkwalifikaw.

Madankollu d-destin tagħhom ma jiddepen­dix minnhom, peress li se jkollhom bżonn ukoll li I-Isvizzera jitilfu kontra s-Serbja. Iżda se tkun diffiċli għall-Kamerun minħabba li l-Brażil ma sofrew l-ebda goal fiż-żewġ partiti li lagħbu.

Huma għandhom il-players kollha għad-dispożizzjoni minbarra l-goalkeeper, Andre Onana, li ntbagħat id-dar minħabba raġunijiet dixxiplinari..

Il-coach Brażiljan, Tite, jista’ jiddeċiedi li jserraħ xi players ewlenin biex iserraħhom.

Neymar kellu jirtira fl-ewwel logħba b’injury fl-għaksa u mhux se jilgħab, l-istess bħal Danilo li wkoll jinsab imweġġa’. Il-player ta’ esperjenza kbira, Dani Alves, mistenni jissostitwixxi lid-difensur lemini.

Sport