Tuesday, November 26, 2024

Il-Kampanja Logging-Off mill-Fondazzjoni MAPFRE żżid l-għarfien dwar il-vizzju tal-internet fost it-tfal tal-iskola

Aqra wkoll

L-Internet huwa fenomenu li kontinwament jevolvi, u jekk jiġi użat sew, kapaċi jwassal għal bidliet kbar u pożittivi fid-dinja. Iżda, l-vizzju tal-użu tal-internet jista’ jwassal ukoll għal dipressjoni u mġieba anti-soċjali, fost konsegwenzi oħra.

Huwa għalhekk li l-Fondazzjoni MAPFRE qed tiffinanzja il-kampanja edukattiva Logging-Off, biex tgħallem lil studenti ta’ bejn il-11 u l-15-il sena dwar l-użu responsabbli tal-internet. Il-kampanja għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar il-vizzju tal-internet fost it-tfal tal-iskola u hija magħmula minn workshops imxandra live fil-klassi permezz ta’ teknoloġiji interattivi. B’dan il-mod l-istudenti jirċievu lezzjoni divertenti dwar interazzjoni b’saħħitha mad-dinja onlajn. Matul dawn l-aħħar sentejn, saru aktar minn 300 sezzjoni fl-iskejjel li laħqu aktar minn 6,000 student.

Fi żmien il-pandemija, attivitajiet ta’ din il-kampanja kienu daqsxejn aktar ta’ sfida, hekk kif l-organizzaturi ma setgħux jidħlu fil-klassi fiżikament. Iżda, f’dawn iċ-ċirkostanzi, sar investiment f’apparat tekniku ta’ kwalità għolja li għamlu l-involviment ta’ interazzjoni virtwali possibbli. 

Bħala parti mir-riżorsi edukattivi tal-kampanja Logging-Off, kien żviluppat ukoll film qasir, bil-parteċipazzjoni tal-atturi lokali James Ryder u Thomas Camilleri. Dan il-film jintuża bħala ice-breaker waqt li jintroduċi dan is-suġġett tal-vizzju tal-internet b’mod komiku, iżda wkoll edukattiv.

Il-Kampanja Logging-Off intlaqat tajjeb ħafna kemm mill-istudenti, għalliema u amministraturi fl-iskejjel. Dan is-suċċess ta motivazzjoni lil Fondazzjoni MAPFRE biex toħloq aktar riżorsi, li jistgħu jiġu aċċessati mis-sit www.mapfre.com.mt/health-promotion. 

Il-kontenut il-ġdid ikopri suġġetti bħall-bullying onlajn, il-privatezza fuq l-internet, u anke sexting. Dawn iservu bħala riżorsi importanti għal kull min qed ifittex għodda biex

jeduka liż-żgħażagħ dwar is-suġġett tal-użu tal-internet.

Sport