Saturday, September 27, 2025

Il-Kampanja Nazzjonali Pink October Movember b’messaġġ ġdid ta’ tama u għarfien lil pubbliku

Aqra wkoll

Il-Kampanja tnediet uffiċjalment fid-19 ta’ dan ix-xahar minn Michelle Muscat, President tal-Fondazzjoni Marigold, taħt il-Patroċinju tal-President tar-Repubblika, l-Eċċellenza Myriam Spiteri Debono. Meta tkellmet fl-isfond tal-Buskett, mill-ġonna ikoniċi tal-Palazz Verdala, Michelle Muscat enfasizzat kif wara 11-il sena tmexxi din il-kampanja nazzjonali, kull edizzjoni kkordinat messaġġ ġdid ta’ tama u emanċipazzjoni. Din is-sena, il-kampanja qiegħda tagħmel sejħa qawwija. Dik li “Kull Ġisem Jirrakkonta Storja : Esplora l-Pajsaġġ Ġewwieni!”. 

Dan it-tagline tgħaqqad l-istil artistiku mat-tema ta’ mogħdija jew vjaġġ u jżomm il-messaġġ divertenti, edukattiv u ta’ ispirazzjoni. Jistieden lin-nies ta’ kull età biex jaraw il-ġisem tal-bniedem bħala pajsaġġ u jħeġġiġhom jesploraw, jinnotaw bidliet u jieħdu passi proattivi għas-saħħa tagħhom. 

Bħala parti mill-vjaġġ, il-kampanja tintroduċi messaġġi għall-ħames kanċers li tiffoka fuqhom: il-kanċer tas-sider bit-tema “Punt ta’ Kontroll: Kun af l-għoqod jew bidliet. Wasal iż-żmien li tieqaf u tiċċekkja.”; il-kanċer ċervikali għal “Attenzjoni: Taqbiżx l-ismear test – il-pap smears jaraw dak li inti ma tistax tara”; il-lanċer tal-ovarji bil-messaġġ “Sinjali Sottili. Nefħa, uġigħ jew tħossok mimli kmieni wisq? Afda l-istint tiegħek — litteralment.”; il-kanċer tat-testikoli b’“Għoqda, uġigħ, jew nefħa? Waqfa ta’ malajr – biex tkun ċert.”; u l-kanċer tal-prostata bil-messaġġ “Qed tagħmel aktar pipi u b’inqas saħħa? Jista’ jkun wasal iż-żmien għal konverżazzjoni malajr mat-tabib tiegħek.” 

#powerwithin #walkyourpath 

Filwaqt li tibni fuq it-tema “PowerWithin” tas-sena l-oħra, din is-sena l-kampanja tħeġġeġ lill-pubbliku biex jimxi ‘l quddiem bis-saħħa li jġorr ġewwa fih. Kemm jekk inti qed tiċċekkja lilek innifsek għall-ewwel darba – il-waqt huwa issa, jew ġejt dijanjostikat reċentement – il-vjaġġ jibda issa, superstita – iċċelebra l-ħajja issa, jew jekk inti qarib – żid l-empatija tiegħek issa. Bil-qawwa li nsibu ġewwa fina, wasal iż-żmien li nimxu fit-triq tagħna, biex nibqgħu nimxu ‘l quddiem. 

Il-kampanja tal-2025 hija ispirata mill-idea li timxi fit-triq tiegħek, fejn in-natura u l-pajsaġġi tal-ġisem jitilgħu simbolikament ‘il fuq u jirriflettu r-reżiljenza u l-pożittività. Il-ħames kanċers huma rappreżentati artistikament permezz ta’ pajsaġġi li jirriflettu l- partijiet tal-ġisem involuti. 

Messagg nazzjonali 

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ joqgħod attent għall-messaġġi tal-kampanja fuq ir-radju, fuq it-televiżjoni, il-billboards, il-midja soċjali u l-pjattaformi online u biex jieħu l-pass kuraġġuż li jmiss li jiċċekkjaw ġisimhom regolarment. 

L-attività tat-tnedija tal-kampanja ġiet indirizzata wkoll minn tobba u kirurġi Maltin ewlenin inkluż Dott. Nick Refalo, President Kliniku ta’ SAMOC u Dott. Danika Marmara, Direttur ta’ Cancer Pathways. 

Christine Hemmings, superstita tal-kanċer minn Għawdex, tkellmet dwar l-isfidi partikolari li jiffaċċjaw il-pazjenti Għawdxin li spiss ikollhom jagħmlu vjaġġi eżawrjenti lejn Malta għall-kura. Dan kemm fix-xhur tax-xitwa, kif ukoll fis-sħana qawwija tas-sajf. 

B’leħen wieħed il-kontributuri kollha enfasizzaw l-importanza kritika tal-Kampanja Pink October Movember biex tqajjem kuxjenza u teduka lin-nazzjon. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport