Sunday, December 22, 2024

Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting ikompli minn għada

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-Sibt u l-Ħadd 30 ta’ April u l-1 ta’ Mejju, ser jitkompla il-Kampjonat nazzjonali tal-Karting fit-trakka La Reve f’Ħal Far, li issa wasal fit-tielet rawnd tiegħu. Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting qed jiġi organizzat minn Island Karting Club, Karting Club Malta u l-Malta Motorsport Federation. Is-Sibt, ser isiru sitt tiġrijiet: Entry-level, 60cc, Rotax Micro Max, Iame X30 Mini, u Imae X30 Junior. Il-Ħadd se jkun hemm ħames klassijiet oħra, l-Iame X30, Vortex RokGP, Vortex RokGP Master, Rotax Max u Iame X30 Masters.

William England u Ricciarelli Rossano se jkunu Race Directors, Jeremy Cassar assistent Race Director, Adrian Figallo Steward, Francesca Vella u Mandy Micallef Segretarji ta’ l-avveniment, Chris Stivala, Ainsley Vella u Simon Agius Scrutineers.

L-avveniment joffri divertiment u huwa miftuħ għall-pubbliku ġenerali.

Ekonomija

Sport