L-Isvezja mhux se timplimenta s-sistema tal-VAR mill-istaġun li ġej. Din id-deċiżjoni ttieħdet hekk kif il-president tal-Assoċjazzjoni tal-Football, Fredrik Reinfeldt, sostna li bosta clubs ressqu petizzjoni fejn esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għall-użu ta’ din it-teknoloġija.
Minkejja l-entużjażmu kollu tiegħu, il-Video Assistant Referee, kien konsistentement fiċ-ċentru ta’ kontroversja fil-kampjonati fejn intuża, b’ilmenti li jvarjaw minn analiżi estensivi ta’ każijiet li wasslu għal tmiem l-istaġun, dewmien li jdum diversi minuti sa implimentazzjoni irregolari tar-regoli.
F’Lulju 2023, il-Football League Svediż, kien ħabbar li l-maġġoranza tal-clubs fl-aqwa żewġ diviżjonijiet kienu “opponew b’mod attiv” il-VAR.
B’kollox kien hemm 18-il club u żewġ distretti li saħqu li ma riedux l-introduzzjoni tal-VAR minħabba l-kontroversji li jġib miegħu.
Għal dan il-għan ma tressqu l-ebda proposti matul dawn is-sentejn dwar il-progress tal-VAR u għalhekk ix-xewqa tal-clubs se tiġi rispettata.