Il-Ħadd filgħaxija waslu fi tmiemhom il-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm, organizzati mill-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq.
Il-Kampjonati li kellhom total ta’ 72 avveniment, laqgħu kważi 260 atleta, li ħadu sehem f’aktar minn 1200 avveniment u li jirrappreżentaw tmien clubs lokali.
Matul dawn il-Kampjonati, ġew stabbiliti total ta’ erba’ rekords nazzjonali ġodda u rekord wieħed ta’ Age Group B minn Dylan Cachia, Thomas Wareing u Ella Fenech Attard, rispettivament.
Il-Ħadd waranofsinhar, Dylan Cachia, ipproduċa t-tieni rekord nazzjonali tiegħu għal dawn il-Kampjonati, meta stabbilixxa rekord ġdid fil-1,500m freestyle. Cachia għam f’ħin ta’ 16:26.36, li tjieb fuq ir-rekord preċedenti bi kważi ħames sekondi fuq ir-rekord preċedenti li kien stabbilixxa fil-Gżira, fl-2020.
Cachia kien stabbilixxa wkoll Rekord Nazzjonali ġdid fil-200m backstroke, filwaqt li Thomas Wareing stabbilixxa żewġ rekords fil-100m backstroke f’inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa. Fenech Attard stabbilixiet rekord ġdid tal-Age Group B fl-avveniment tal-400m freestyle.
Ġew irreġistrati total ta’ 647 l-aħjar ħin personali, li huwa aktar minn 50% tal-għawm individwali matul il-Kampjonati ta’ 4 ijiem.
Il-Kowċ Nazzjonali Delon Dannhauser irrimarka li kien sodisfatt bir-riżultat tal-Kampjonati.
“Kien inkoraġġanti li nara għawwiema u spettaturi jgawdu l-kompetizzjoni wara sentejn li ma kellniex l-kampjonati tagħna fis-istaġun it-tajjeb. Madwar id-dinja l-isports kollha tilfu parteċipanti, l-għawm ma kienx eċċezzjoni. F’termini ta’ prestazzjoni, żgur li jidher li l-għawm reġa’ lura fit-triq it-tajba, b’4 rekords Nazzjonali u rekords ta’ Age Group, kif ukoll xi relays tassew eċċitanti bejn il-Clubs. L-għawm jidher li qed jerġa’ jikber fil-popolarità u n-numri. Kont kburi ħafna bl-isforz u l-preparazzjoni ta’ kulħadd mill-għawwiema sal-kowċis u ninsab tassew eċċitat għall-istaġun li jmiss” ikkummenta Dannhauser
It-Trofew tal-Klabb tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm li jiġi ppreżentat lill-Klabb li ġab l-aktar punti mill-avvenimenti kollha matul il-Kampjonati ġie ppreżentat lil Sliema ASC fi tmiem il-Kampjonati.“Il-Kampjonati Nazzjonali taw indikazzjoni tajba ta’ kif qed jimxu t-tħejjijiet għall-atleti li huma maħsuba għal-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa fl-2023 f’Malta. L-atleti qed jiġu evalwati kontinwament mill-kowċ nazzjonali Delon Dannhauser u l-konsulent tekniku Scott Volkers li diġà kien Malta tliet darbiet din is-sena biex jikkowċja l-iskwadra,” spjega Joe Caruana Curran, President tal-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Mal