Friday, November 15, 2024

Il-kampnar tan-Notre Dame se jkun restawrat skont id-diżinn oriġinali tiegħu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kampnar tan-Notre Dame li sfortunatament inqered waqt nirien li ħakmuh f’April li għadda se jkun qed jiġi rrestawrat skont l-istil u d-diżinn oriġinali tiegħu.

Il-President Emmanuel Macron ħabbar din id-deċiżjoni biex b’hekk elimina kull spekulazzjoni li l-kampnar ta’ diżinn Gotiku se jkun qed jiġi mibni mill-ġdid fuq stil modern.

Minkejja diskors li l-President Franċiż għamel fil-ġimgħat li għaddew fejn ta’ x’jifhem mod ieħor, issa kkonferma li jrid li r-restawr isir sal-2024. Fl-2024 Pariġi se tkun qiegħda tospita l-Olimpjadi.

Ekonomija

Sport